Is-Serie A 2013–14 (magħrufa bħala s-Serie ATIM għal raġunijiet ta' sponsorizzazzjoni) hija t-82 staġun mill-istabbiliment tagħha u r-4 mill-organizzazzjoni taħt kumitat tal-kampjonat separat mis-Serie B. L-istaġun se jibda fl-24 ta' Awwissu 2013 u mistenni li jispiċċa fit-18 ta' Mejju 2013. Bħas-snin preċedenti, in-Nike se tipprovdi l-ballun uffiċjali għal logħbiet kollha, il-mudell ta' dan il-ballun huwa Nike Incyte Serie A li se jkun użat matul il-logħbiet kollha tal-istaġun. Juventus kienu ċ-ċampjins renjanti u b'suċċess iddefendew it-titolu tagħhom biex rebħu t-titlu għat-tielet darba infila.
Timijiet
Total ta' għoxrin tim ħadu sehem f'dan il-kampjonat, sbatax ġejjin mill-istaġun 2012–13 u tlieta promossi mis-Serie B 2012–13. Pescara rnexxilhom igawdu staġun wieħed fis-Serie A hekk kif Siena u Palermo kkonkludew 2 u 9 snin rispettivament fl-ogħla kampjonat.
It-timijiet relegati ġew sostitwiti miċ-ċampjins tas-Serie B Sassuolo, ir-runner-ups Hellas Verona u r-rebbieħ tal-play-offLivorno. Hellas Verona rritoraw fis-Serie A wara 11-il sena, Livorno wara 4 staġuni u Sassuolo se jagħmlu d-debutt tagħhom fis-Serie A.
^Il-FIGC ċaħdet l-applikazzjoni ta' Parma għall-liċenzja tal-UEFA, minħabba li Parma kellhom dejn tat-taxxa pendeti; iżda l-post ħadu Torino, li għandu l-liċenzja tal-UEFA.
Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fit-18 ta' Mejju 2014. Sors: Lega Serie A 1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija. Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = dro; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.